Fil-Premier Futsal League Malta, il-partita ewlenija tal-ġimgħa rat lil University of Malta Futsal jaffaċċjaw lil Luxol St Andrews Futsal f’dik li kienet meqjusa bħala “partitissima”. Luxol ħarġu rebbieħa b’riżultat konvinċenti ta’ 4-1, u b’hekk komplew isaħħu l-pożizzjoni tagħhom fil-quċċata tal-klassifika, b’University of Malta jibqgħu jsegwu warajhom.
Fil-konfront l-ieħor, Marsaskala Futsal Legends tilfu kontra GZR Birzebbugia St Peter’s Futsal bl-iskor ta’ 3-4. Marsaskala kienu marru fil-vantaġġ, iżda fit-tieni taqsima Birżebbuġa rnexxielhom idawru r-riżultat f’partita mimlija emozzjonijiet.
Il-klassifika attwali hija kif ġejja: Luxol St Andrews Futsal fuq nett bi 33 punt, segwiti minn University of Malta Futsal b’27 punt, Marsaskala Futsal Legends u GZR Birzebbugia St Peter’s Futsal it-tnejn b’21 punt, filwaqt li Zejtun Corinthians Futsal WA jinsabu fil-ħames post bi 12-il puntm, b’possibbiltà li jkun hemm decider biex jiġi deċiż it-tielet u r-raba’ post.
Fil-Challenger League Malta Futsal, kellna l-kwarti tal-finali fejn Santa Venera Lightnings kisbu rebħa kbira ta’ 7-1 kontra Futsal Selection U17. Issa l-attenzjoni ddur fuq is-semifinali fejn Zejtun Corinthians se jaffaċċjaw lil Santa Venera Lightnings fit-22 ta’ April 2026, filwaqt li Futsal Selection U19 se jilagħbu kontra Sliema Futsal fil-25 ta’ April 2026, biż-żewġ partiti jintlagħbu fin-National Sports School. Il-finali mbagħad se ssir fis-16 ta’ Mejju 2026 bejn ir-rebbieħa taż-żewġ semifinali.

