Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi għall-futbol bdiet meta ħija talabni nagħmel test f’klabb jismu Murici FC, u kien dak il-ħin li nħabbejt mal-futbol.
Kif ġejt tilgħab f’Malta?
Kelli negozjant jismu Victo, qalli li kellu proposta għalija, spiċċajt għoġbitni, allura rajtha għalija.
Xi tgħidli dwar l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Tarxien Rainbows?
L-esperjenza tiegħi hawn Malta ma’ Tarxien hija waħda mill-isbaħ, huwa klabb mill-aqwa, nittama li nkun nista’ ngħin lill-klabb b’affarijiet aħjar.
Kif qed tħares lejn dan l-istaġun li għadu kemm jibda mal-istess tim?
Jien ċert li dan l-istaġun 25/26 se jkun tajjeb ħafna. Ninsab eċċitat ħafna li nista’ nidħol fil-grawnd u nagħmel dak li dejjem għamilt b’dan il-flokk tant sabiħ!
U dwar il-livell tal-futbol Malti?
Il-livell tal-futbol f’Malta huwa għoli ħafna għall-plejers barranin li rajt f’Malta li jixtiequ jilagħbu hawn Malta.
Kif qed tħares lejn il-futur aktar ‘il bogħod tiegħek fil-futbol?
Il-futur tiegħi hawn f’Malta huwa li niksbu affarijiet tajbin għall-familja tiegħi.
Għaddi messaġġ finali lill-partitarji kollha ta’ Tarxien Rainbows FC.
Għall-partitarji kollha ta’ Tarxien Rainbows jien ċert ħafna li se npoġġu l-klabb fejn jistħoqqlu jkun!