Ir-Royal Malta Yacht Club se jagħlaq il-kalendarju tat-tiġrijiet tiegħu għall-2025 bil-Medcomms Round Malta Race, skedata biex issir nhar is-Sibt, 13 ta’ Diċembru. Magħrufa bħala waħda mill-aktar avvenimenti popolari tal-Club, l-edizzjoni ta’ din is-sena diġà qed tieħu dimensjoni ferm kompetittiva, b’23 dgħajsa kkonfermati fuq il-lista tal-parteċipanti.
Għal darb’oħra, Medcomms se tkun qed tappoġġja lill-Club bħala s-sponsor ewlieni, u tkompli s-sħubija siewja li saret parti fundamentali minn din it-tiġrija ikonika.
Il-flotta terġa’ tirrifletti taħlita b’saħħitha u bilanċjata ta’ dgħajjes mgħarufa bħala ‘racers’ u ‘cruisers’. Ta’ min jinnota li din is-sena rat żieda fil-parteċipazzjoni tal-klassi cruisers, li turi l-appell dejjem jikber tar-Round Malta Race fost klassijiet differenti.
Il-briefing obbligatorju tat-tiġrija se jsir nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru fis-7.00pm, fir-Royal Malta Yacht Club.
Fost l-ewwel dħul hemm Calypso ta’ Sebastian Ripard, ir-rebbieħa overall tas-sena li għaddiet, li se terġa’ tipprova tiddefendi t-titlu kontra grupp qawwi ta’ kontendenti fosthom Elusive 2 tal-aħwa Podesta, Jubatus ta’ Sean Borg, Ton Ton Laferla ta’ Jonathan Gambin, Vivace ta’ Andrew Agius Delicata u Matthew Gabriele, kif ukoll Lartista ta’ Anton Calleja – kollha b’stejjer ta’ riżultati tajbin fit-tlielaq tal-RMYC.
Fill-klassi tal-cruisers hemm ukoll Inspiration ta’ Godwin Zammit, Kira ta’ Gino Cutajar u Thunder Child ta’ Matthew Zarb Cousin, fost oħrajn.
Aktar interess qed jiżdied ma’ din l-edizzjoni minħabba n-numru ta’premjijiet, mogħtija minn Medcomms. Ir-Rebbieħ Overal se jingħata arloġġ Garmin quatix® 8, wieħed mill-aktar arloġġi avvanzati għall-ibburdjar fis-suq. Ir-rebbieħa tal-Ewwel Post fil-klassi se jirċievu Kannad 40L Grab Bag backpack, filwaqt li t-Tieni Post se jingħataw vouchers minn Medcomms. Il-parteċipanti tat-Tielet Post fil-klassi se jirċievu Garmin backpack.
B’flotta kompetittiva, parteċipazzjoni akbar tal-cruisers u lineup attraenti ta’ premjijiet, il-Medcomms Round Malta Race 2025 qed twiegħed li tkun konklużjoni emozzjonanti u xierqa għall-istaġun tat-tiġrijiet tar-Royal Malta Yacht Club.

