Friday, December 13, 2024

L-aħħar trattament: il-botox fiż-żaqq inaqqas il-piż

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Pruvat li jnaqqas id-dipressjoni, l-emigranja, l-għaraq, jikkontrolla l-awrina u dawk li jitilfu għajnejhom

Meta wieħed isemmi l-botox awtomatikament niftakru fil-botox fil-wiċċ li jsir biex wieħed itejjeb id-dehra tiegħu, kosmetikament. Madankollu, mas-snin it-tobba skoprew modi ġodda ta’ kif dan il-likwidu ‘maġiku’ jista’ jintuża biex itejjeb affarjiet oħra lil hinn mit-tikmix. Dan jinkludi, l-użu tal-botox biex itaffi l-għaraq jew aħjar ir-riħa tiegħu u ħafna aktar fost l-oħrajn. 

Bħal Milan, Londra u saħansitra f’pajjiżna, il-moda tinfirex bħan-nar u xejn inqas l-aħħar prattika tal-użu tal-botox. Jidher li diversi kirurgi qegħdin jużaw il-botox biex jgħinu l-diversi persuni jonqsu mill-piż, saħansitra anke dawk li jsofru mill-obeżità, tant li taffetwalhom ħajjithom. Madankollu, bħal kwalunkwe proċedura kosmetika li teżisti, hemm dawk li jaħilfu għalihom u oħrajn xettiċi iżda x-xjenza diffiċli li wieħed imeriha. 

Kif jista’ l-botox inaqqas mill-piż?

Qabel xejn tajjeb li wieħed jiċċara li din il-proċedura ma’ tqattax ix-xaħam mill-ġisem u diversi professjonisiti f’dan il-qasam wissew li l-botox m’għandux jieħu post dieta tajba u bilanċjata u l-eżerċizzju, għax dawk għandhom aktar minn benefiċċju wieħed, lill hinn mill-immaniġjar tal-piż. 

Il-botox gastriku huwa proċedura mhux kirurga u jiġi njettat fl-istonku permezz ta’ endoskopija. Dan it-trattament jaħdem billi jiblokka nerv fl-istonku li jikkontrolla s-sensazzjoni ta’ ġuħ u l-aptit ta’ tnaqqir. L-għan ewlieni tat-trattament hu li jgħin lill-pazjent/a jħossuhom aktar mimlija bl-ikel u għaldaqstant jonqos il-frekwenza tal-konsum tal-ikel. 

Il-botox jiġi rriċerkat

F’studju, li sar fl-Università tan-Norveġja tax-Xjenza u t-Teknoloġija, injettaw l-istonku ta’ 20-il persuna li kienet obeża bil-body mass index,  jew aħjar bil-BMI, bejn 35 u 44. Il-pazjenti rċivew l-ewwel doża fil-bidu tal-istudju u waħda kull sitt xhur. 

Ir-riżultati wrew li wara sena (b’żewġ dożi), 70% tal-pazjenti naqsu mill piż. Wara 18-il xhar (bi tliet dożi), 75% tal-pazjenti naqsu mill-piż. Madankollu, ir-riċerkaturi saħqu li l-istudju kien wieħed kemmxejn żgħir u għaldaqstant kien hemm bżonn ta’ aktar riċerka biex jikkonfermaw riżultati simili. Minkejja dan, jekk studji futuri jivverifikaw dak li nstab, il-proċedura tista’ tkun, “mod ieħor ta’ kif nistgħu nitrattaw l-obeżità”, saħaq Duan Chen professur u wieħed mill-awturi tal-istudju. 

Chen spjega kif minkejja li studji li saru qabel dan, irriżulta li l-botox ma kellux effett fuq il-piż tal-pazjenti, jgħid li f’dan l-istess studju huma ngħataw biss doża waħda tal-botox. Ir-riċerkaturi li ħadmu fuq l-ewwel studju assumew li l-botox li kien se jirrilassa l-muskoli u dan jgħin lil pazjenti għax inaqqas ir-rata ta’ kemm jitbattal l-istonku. Minn naħa l-oħra r-riċerkaturi tat-tieni studju ttestjaw teorija differenti,  jekk il-botox jirnexxilux jimblokka in-nerv ‘vagu’ li jgħaqqad il-moħħ mal-istonku u jikkontrolla l-ġuħ u l-aptit ta’ tnaqqir. 

Ir-riċerkaturi ittestjaw din l-istess teorija fuq l-annimali permezz ta’ injezzjoni fin-nerv fil-ġrieden. Fejn kien hemm ġrieden li dan in-nerv ġie maqtugħ, ma naqsux mill-piż, minkejja ‘l fatt li xorta ngħataw il-botox. Ir-riċerkaturi qalu li dan ir-riżultat jissuġġerixxi li l-botox kien qiegħed jaħdem biss minn dan in-nerv. 

Chen qal li din il-proċedura hija sigurà u kull ma tieħu biex issir hija kwarta. F’każi rari, il-botox jista’ jikkawża reazzjonijiet serji bħal dgħjufija fil-muskoli, viżjoni doppja, diffikultà fin-nifs eċċ. Intant il-manufatturi tal-botox saħqu li reazzjonijiet bħal dawn seħħew biss meta l-botox ma ġiex injettat kif ġie irrekomandat mill-kumpanija. 

Ħames modi ta’ kif il-botox jista’ jtejjeb kundizzjonijiet kumplikati

Il-piż mhux l-uniku ħaġa fil-ġisem li jiġġieled il-botox. Medikament, hemm aktar minn 10 modi ta’ kif il-botox jista’ jintuża biex jikkontrolla affarjiet li  normalment huma diffiċli li  wieħed jikkontrollhom. 

1. Persuni li jitilfu għajnejhom

L-ewwel darba li l-botox intuża b’mod mediċinali kien fl-1981, biex tfejjaq persuni li kienu jitilfu għajnejhom. Fl-1898, l-Amministrazzjoni għall-Ikel u Mediċina fl-Istati Uniti (FDA) uffiċjalment approvat l-użu għal din il-kundizzjoni. Il-proċeduri jsiru billi jintettawh fil-muskolu li jikkontrolla l-moviment tal-għajn. 

2. Għaraq eċessiv

Normalment, l-għaraq jiġi prodott mill-ġisem meta muskoli żgħar ħafna li jinsabu madwar il-glandoli tal-għaraq jgħafsu u joħorġu l-likwidu, f’dan il-każ l-għaraq. Madankollu, il-botox jintuża biex jipparalizza dawn il-muskoli ż-żgħar, il-glandoli ma’ jibqgħux jaħdmu bħal ma kienu. 

Fl-2004, l-FDA approvat l-użu tal-botox. Tliet snin wara, fl-2007, studju ppublikat mill-Ġurnal għall-Kirurġija Dermatoloġika, ir-riċerkaturi njettaw doża tal-botox taħt l-idejn ta’ 51 persuna. Kemm il-parteċipanti u persuni indipendenti li kienu parti mill-esperiment indunaw li kien hemm kabjament notevoli. 

3. Emigranja kronika

Pazjenti b’emigranji korniċi jesperjenzaw uġigħ ta’ ras għal aktar minn 14-il ġurnata f’xahar. Għaldaqstant id-dożi ta’ botox jingħataw lil pazjenti b’mod aktar frekwenti tant li jingħataw dożi, amministrati fir-ras u l-għonq, kull 12-il ġimgħa. 

4. Bużżieqa tal-awrina attiva żżejjed

Fl-2013, l-FDA approvat l-botox biex ifejjaq l-adulti b’bużżieqa tal-awrina attiva żżejjed. Pazjenti li jsofru minn hekk, ma jkunux jistgħux jagħmlu użu jew ma jaħdmux medikazzjonijiet fuqhom, li normalment medikazzjoni huma l-unika t-trattament ideali li jingħataw dawn il-persuni. Il-bużżieqa tal-awrina b’din il-kundizzjoni ‘jintgħafas’ ta’ spiss li jwassal biex jurinaw wisq frekwenti u saħansitra ta’ spiss b’awrina tnixxi. Meta wiehed jinjetta l-botox fil-bużżieqa jgħin biex jirrilassa, li permezz tiegħu jiżdied l-ispazju fiha u jnaqqas episodji ta’ inkontinenza urinarja. 

5. Dipressjoni

F’studju fl-2104, il-Ġurnal tar-Riċerka psikjatrika, riċerkaturi amministraw il-botox jew placebo fil-puskoli taż-żona ta’ bejn l-eyebrows fuq 74 persuna. Sabu li, fost dawkinjettati bil-botox, is-sintomi naqsu b’47% sitt ġimgħat wara l-ewwel doża, imqabbel ma’ 21% ta’ dawk li rċivew il-placebo. 

Ir-riċerkaturi nnutaw li livelli aktar ta’ tikmix tal-moħħ (għaliex ikunu mħassba, inkwetati, jew imdejjqin), jikkontribwixxu għal sintomi ta’ dipressjoni. Għaldaqstant, l-istudju tgħid, li n-nuqqas ta’ tikmix tal-moħħ tbiddel il-burdata għal waħda aktar tajba. Minkejja dan, l-FDA m’approvatx dan it-trattament biex jintuża għad-dipressjoni. 

Ekonomija

Sport