Il-Proġett tal-Luqa Junction kulma jmur qiegħed ikompli riesaq lejn tmiemu.
Dan hekk kif għaddej ix-xogħol biex tingħata l-aħħar kisja asfalt fuq il-mina ta’ dan il-proġett.

F’kumment li ta l-Ministru għat-Trasport, L-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia rringrazzja l-ħaddiema kollha tal-isforz tagħhom biex dan il-proġett ikun jista’ jingħalaq b’mod sħiħ u b’hekk tiżdied l-effiċjenza b’konnessjonijiet aktar diretti.

Huwa qal li l-mina se tinfetaħ għat-traffiku fil-jiem li ġejjin.