“L-aħħar żvilupp dwar waqfien mill-ġlied bejn l-Ukrajna u r-Russja huwa pass kruċjali fit-triq għall-paċi. Nawguraw li dan iseħħ tassew”
Dan iddikјarah il-Prim Ministru Robert Abela permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn spjega illi pajjiżna jibqa’ determinat li l-paċi tinkiseb biss permezz tad-diplomazija madwar il-mejda u mhux pemezz ta’ infiq fl-armi.
Il-PM qal ukoll: “Din kienet il-pożizzjoni tiegħi f’isem Malta dejjem u kullimkien. “
Tenna li bħala paјјiż se nħarsu ‘l quddiem li l-waqfien mill-ġlied ikun b’mod permanenti biex b’hekk issaltan tassew il-paċi u jirbaħ kulħadd.