Tuesday, March 31, 2026

L-AĦĦAR ŻVILUPPI MIR-REGATTA TA’ JUM IL-ĦELSIEN

Aqra wkoll

KATEGORIJA OPEN

L-ewwel tiġrija kienet dik tad-Dgħajjes tal-Midalji li ntrebħet mill-Isla, bid-dgħajsa, ‘Inkurunata’ f’ħin ta’ 4’36” mill-qaddiefa Davison Micallef, Glenn Zammit, Wayne Pike u Andre Gauci. Fit-tieni post daħlu Bormla segwiti mill-Birgu.

Bormla rebħu t-tieni tiġrija – dik tal-Frejgatini bid-dgħajsa ‘Marija ta’ Leli’ bil-qaddiefa għalihom ikunu Matthia Calleja, Mel Magro u Huston Camilleri. Birzebbugia temmew fit-tieni post,, bil-Birgu li daħlu fit-tielet post

KATEGORIJA B

L-ewwel tiġrija kienet dik tal-Pass ta’ bi Tnejn li ntrebħet minn Marsamxett, bid-dgħajsa, ‘Lucia’ f’ħin ta’ 5’32” mill-qaddiefa Juan Farrugia u Wayne Cassar. Fit-tieni post daħlu l-Isla segwiti mill-Birgu.

Bormla rebħu t-tieni tiġrija – dik tal-Kajjikki bid-dgħajsa f’ħin ta’ 6’13” bit-tim ikun kompost minn. Fit-tieni post daħlu Marsamxett, waqt li l-Isla temmew fit-tielet post.

Ta’ nota huwa l-fatt li saret ukoll it-tiġrija tal-Frejgatini tan-Nisa  li ntrebħet minn Bormla bid-dgħajsa ‘Dhalia’ f’ħin ta’ 7’04” permezz tal-qaddiefa, Kiahna Camilleri, Zanishia Pace u Rileyah Pace. Birgu daħlu fit-tieni post, bl-Isla jtemmu fit-tielet post. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport