Tuesday, December 24, 2024

L-aħwa Degiorgio jitolbu li jgħaddu ġuri mill-ġdid

Aqra wkoll

L-aħwa Alfred u George Degiorgio qed jitolbu li jerġgħu jgħaddu ġuri. Dan wara li ftit tal-jiem ilu biss, l-aħwa ħasdu lil bosta wara li biddlu l-verżjoni tagħhom b’rabta mal-każ.

Proprju ħmistax ilu, George u Alfred Degiorgio bdew jgħaddu ġuri b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan il-ġuri jibqa’ mfakkar fl-istorja tal-qrati hekk kif sa filgħodu l-akkużati wieġbu mhux ħatja filwaqt li wara waqfa ta’ xi sigħat, huma rritornaw fl-awla jgħidu li huma ħatja. 

Mal-konferma ta’ din il-bidla fil-ħsieb, l-Imħallef Edwina Grima kkundannathom 40 sena ħabs kull wieħed wara li ammettew is-sehem tagħhom fl-omiċidju ta’ Caruana Galizia fis-16 ta’ Ottubru tal-2017. Huma kienu ordnati wkoll iħallsu €42,930 fi spejjeż tal-Qorti.

Madankollu, fi żvilupp xejn mistenni, l-aħwa Degiorgio għamlu rikors quddiem il-qorti li fih talbu biex jgħaddu ġuri mill-ġdid.

L-Avukati Noel Bianco u Leslie Cuschieri ffirmaw ir-rikors li ġie mressaq quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali.

Ekonomija

Sport