Monday, December 23, 2024

L-Aħwa Williams … Inaki ma’ Ghana u Nico ma’ Spanja

Aqra wkoll

Athletic Bilbao bdew l-istaġun tagħhom f’forma tajba taħt Ernesto Valverde, b’El Txingurri jakkwistaw l-aħjar bidu tal-istaġun li qatt kellhom wara tliet rebħiet, draw u telfa.

Los Leones kellhom problemi kroniċi quddiem il-lasti f’dawn l-aħħar staġuni, iżda l-bidu tajjeb tagħhom mhux żgħir huwa minħabba l-forma tal-aħwa Williams. Kemm Inaki kif ukoll ħuh iż-żgħir Nico skorjaw fl-istess logħba għall-ewwel darba kontra Rayo Vallecano fir-rebħa ta’ 3-2. Kien it-tieni goal ta’ Inaki fl-istaġun u t-tieni goal ta’ Nico f’żewġ logħbiet.

Meta tkellem wara l-partita, waqt inter­vista żgħira, Inaki qal li ommhom se tkun kburija.

“Ommi se tkun kburija bit-tfal tagħha, il-familja tiegħi, il-ħbieb, it-tfajla tiegħi, kulħadd għen.”

Meta lagħab u skorja ma’ ħuh, Inaki kellu dan xi jgħid:

“Aħna kuntenti ħafna li nistgħu nkunu flimkien u nagħtu ljieli bħal dawn lill-partitarji.”

Issa t-tnejn se jibdew dmirijiet internaz­zjonali. Nico Williams ingħata l-ewwel sej­ħa tiegħu mal-iskwadra ta’ Spanja fl-etá 20 sena biss u jista’ jiddebutta kontra l-Isvizzera jew il-Portugall.

Madankollu mhux se jingħaqad miegħu ħuh il-kbir. Minkejja li fl-2016 lagħab f’partita ta’ ħbiberija ma’ Spanja, Inaki biddel il-lealtà internazzjonali tiegħu u ddeċieda li jilgħab għal Ghana qabel it-Tazza tad-Dinja.

Potenzjalment dan jista’ jwassal għal sitwazzjoni inkredibbli fejn it-tnejn jiffaċċjaw lil xulxin fil-Qatar. Il-Ghana u Spanja jinsabu fl-istess nofs tal-polza u jistgħu jiltaqgħu fil-kwarti-finali jekk l-affarijiet jiġu tajjeb.

Meta tkellem wara t-tħabbir tal-iskwadra tiegħu, il-coach ta’ Spanja, Luis Enrique, ikkummenta dwar dan hekk:

“Hija familja partikolari fis-sens tajjeb, b’żewġ players f’livell għoli ħafna. Inaki ma ġiex iżda jogħġobni ħafna. Ikolli nagħ­żel. Nico jogħġobni wkoll.”

“Il-familja se tkun ferħana. Iż-żewġ uliedhom jistgħu jmorru għat-Tazza tad- Dinja, immaġina li naslu għall-finali, tkun il-play-off. Mhux qed nieħu lil Nico biex ma jkunx jista’ jmur mal-Ghana, inbiddel ir-regoli biex il-players ikunu jistgħu jilagħbu ma’ liema team nazzjonali jixtiequ kull sena.”

Ekonomija

Sport