Saturday, November 23, 2024

L-Air Malta b’sett ta’ proposti lill-UCC biex tissalvagwardja l-impjiegi

Aqra wkoll

Il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta aktar kmieni qalet li ħarġet b’sett ta’ proposti lill-Unjin tal-Cabin Crew, bħala parti mill-impenn tagħha li tissalvagwardja l-impjiegi.

 Skont il-pjan ta’ operat tal-linja tal-ajru Maltija għal wara l-pandemija tal-coronavirus, l-Air Malta proponiet mekkaniżmu li jara li s-sigħat ta’ xogħol meħtieġa għat-titjiriet li qed tippjana li topera, jinqasmu bejn 188 membru tal-ekwipaġġ li bħalissa jinsabu b’kuntratt indefinit.

L-Air Malta qed tipproponi wkoll li l-membri tal-ekwipaġġ li għandhom kuntratt definit, jinżammu xorta fuq il-kotba tax-xogħol tal-kumpanija mingħajr ma jidħlu għax-xogħol. Dawn jissejħu għall-ħidma meta terġa’ tiżdied id-domanda li għalissa tkun qed tiġi koperta mill-membri li għandhom kuntratt indefinit.

Fi stqarrija, l-Air Malta kkundannat bil-qawwa l-attitudni tal-Union tal-Cabin Crew u qalet li billi toqgħod ’il bogħod milli tiddiskuti għax b’dan il-mod il-unjin qiegħda biss tiddiskrimina l-membri tagħha u tipproteġi biss lill-membri b’kuntratt indefinit.

Intant l-istqarrija temmet tappella biex il-Union tal-Cabin Crew tippreżenta l-proposti msemmija għall-vot lill-membri tagħha, ħalli l-Air Malta tkun tista’ tieħu deċiżjoni definittiva u tkun tista’ tħares ’il quddiem.

Sport