Wednesday, November 13, 2024

L-Air Malta b’titjiriet lejn Lisbona fis-sajf

Aqra wkoll

L-Air Malta ħabbret li se tkun qiegħda tintroduċi titjiriet filgħaxija minn u lejn Lisbona darbtejn fil-ġimgħa minn Ġunju li ġej.

Lisbona b’hekk se tkun il-ħames destinazzjoni ġdida bħala parti mill-espansjoni tar-rotot tal-linja nazzjonali tal-ajru għal dan is-sajf. L-erba’ destinazzjonijiet l-oħra jinkludu Tel-Aviv, Nizza, Palermo u Napli. 

L-Air Malta ħabbret li bejn s-26 ta’ Ġunju u s-26 ta’ Ottubru se tkun qiegħda ttir darbtejn fil-ġimgħa permezz tal-ajruplan Airbus A320.  

Permezz ta’ żieda fir-rotot għas-sajf, l-Air Malta ser tkun qiegħda tgħaqqad lil pajjiżna flimkien ma’ 23 belt maġġuri madwar l-Ewropa, fir-Renju Unit u fil-Lvant Nofsani.

Il-bookings jistgħu jsiru permezz tas-sit: www.airmalta.com jew billi wieħed iżur wieħed mill-uffiċini tal-aġenziji tal-ivjaġġar.

Ekonomija

Sport