Sunday, December 22, 2024

L-Air Malta Terga Lura lejn Terminal 4 Ġewwa Heathrow f’Londra 

Aqra wkoll

L-Air Malta ser terġa tibda topera min Terminal 4 f’Heathrow Londra minn nhar l-Erbgħa, 22 ta’ Ġunju, bl-ewwel titjira KM100/1 ta’ dakinhar topera minn dan it-Terminal. 

Għal dawn l-aħħar sentejn l-Air Malta operat mit-Terminal 2 minħabba t-tnaqqis fl-ivvjaġġar bl-ajru minħabba l-pandemija tal-COVID-19. 

Id-deċiżjoni tal-ajruport ta’ Heathrow li jerġa’ jibda l-operat minn T4 tikkonferma d-domanda b’saħħitha li qed tkompli tikber tal-ivvjaġġar bl-ajru. 

L-ajruport ta’ Heathrow f’Londra hija l-aktar rotta moqdija mill-Air Malta bi 15-il titjira skedata fil-ġimgħa. Wara assenza ta’ aktar minn sena, l-Air Malta rritornat lura wkoll lejn it-tieni ajruport ta’ Londra f’Gatwick b’servizz kuljum. 

Aktar informazzjoni dwar in-netwerk tat-titjiriet tal-linja tal-ajru hija disponibbli fuq airmalta.com. 

Ekonomija

Sport