Fi stqarrija maħruġa mill-Air Malta, il-kumpanija ċċarat is-sitwazzjoni tat-titjiriet t’għada lejn Franza.
Hija għamlitha ċara li għalkemm fl-aħħar jiem tħabbar jum nazzjonali ta’ strajks fi Franza, għas-6 ta’ Ġunju, iż-żewġ titjiriet lejn Paris Charles de Gaulle u t-titjira lejn Paris Orly fl-imsemmi jum se joperaw bl-istess mod li kienu skedati.
Madanakollu, l-Air Malta qalet li ma teskludix il-possibbiltà ta’ dewmien.