L-Air Malta ftit tal-ħin ilu fi stqarrija qalet li kienet kostretta tħassar it-titjira KM466/467 li kellha titlaq minn Malta lejn l-ajruport ta’ Orly f’Pariġi fi Franza minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp li hemm kemm fuq Franza u anke fuq l-Ewropa Ċentrali.
Il-kunidzzjonijiet tat-temp ma ppermettewx li t-titjira tasal jew titlaq minn Orly lanqas matul il-lejl minħabba restrizzjonijiet ta’ curfew li hemm fl-istess ajruport f’Pariġi.
Il-passiġġieri kollha li kellhom jużaw it-titjiriet imsemmija ngħata akkomodazzjoni f’lukanda u jekk it-temp jippermetti s-servizz se jerġa’ lura għan-normal għada t-Tnejn anke b’titjira żejda.