Saturday, November 9, 2024

L-Air Malta żżid ajruplan minħabba żieda fid-domanda għas-sajf

Aqra wkoll

L-Air Malta ħabbret illum li minħabba żieda sostanjali fid-domanda għall-
ivvjaġġar bl-ajru wara l-Covid, kriet ajruplan addizzjonali biex tkun tista’ toffri servizzi ġodda minn Lulju sa Ottubru 2022. L-ajruplan tat-tip Airbus A320 qed jiġi wet leased mingħand Getjet.

Meta tkellem dwar dan it-tkabbir, il-Kap Kummerċjali tal-Air Malta Roy Kinnear, qal, “Huwa inkoraġġanti li naraw li l-ivvjaġġar bl-ajru jerġa’ lura b’mod qawwi u d-domanda minn klijenti li xtaqu li jerġgħu jivvjaġġaw, tiżdied b’mod sinifikanti.

Matul April u Mejju ġarrejna aktar minn 267,000 passiġġier fuq is-17-il rotta tagħna, u ksibna seat load factors bla preċedent tul dawn ix-xahrejn. Dan l-ajruplan addizzjonali se jiffaċilita servizzi ġodda f’ diversi swieq inklużi lejn Madrid, Praga, Lyon, u servizzi charter għal Varsavja.”

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-linja tal-ajru David G Curmi żied jgħid, “Dawn iż-żidiet huma aħbar tajba għall-industriji lokali tal-ivvjaġġar u t-turiżmu lokali li għaddew minn żminijiet ta’ sfida matul l-aħħar snin. Il-livelli rekord ta’ seat load factors li qed nesperjenzaw huma mistennija li jkomplu fix-xhur li ġejjin u matul dan ix-xahar (Ġunju) qed noperaw b’livell ta’ okkupanza tan-netwerk b’akbar minn 90%.

Din il-kapaċità addizzjonali se tgħin biex inlaħħqu mad-domanda għall-ivvjaġġar tat-turiżmu lejn Malta kif ukoll jagħti spinta lill-opportunitajiet tal-ivvjaġġar għaċ-ċittadini Maltin li jixtiequ jivvjaġġaw barra minn xtutna għall-vaganzi.”

Dan is-sajf, b’dan l-ajruplan addizzjonali, il-linja tal-ajru nazzjonali Maltija se topera bi tmien ajruplani Airbus, kollha bbażati f’Malta.

Sport