Friday, December 27, 2024

L-AirMalta tħassar it-titjiriet lejn Katanja wara li żbroffa l-Etna

Aqra wkoll

L-AirMalta fi stqarrija qalet li kienet kostretta tħassar it-titjiriet lejn l-ajruport ta’ Katanja llum u anke għada.

Dan wara li l-ajruport ta’ Katanja kellu jingħalaq minħabba li żbroffa l-vulkan Etna. L-AirMalta avżat lill-passiġġieri li kienu se jivjaġġaw fuq dawn it-titjiriet li għandhom ċ-ċans li jibbukkjaw titjira oħra mal-linja nazzjonali Maltija. Huma jistgħu jagħmlu dan billi jċemplu fuq 21662211.

Il-klijenti fuq dawn it-titjiriet jistgħu wkoll jitolbu l-flus lura billi jibagħtu email fuq [email protected].

Intant, il-vulkan Etna reġa’ żbroffa fl-aħħar sigħat fejn d-duħħan u lava li ħarġet imxew lejn il-belt ta’ Katanja. Minkejja l-qawwa tiegħu l-ebda rapport ta’ persuni mejtin jew li sofrew xi ġrieħi ma ġew irraportati.

Ekonomija

Sport