Hekk kif l-istennija għat-tim tal-futbol Ingliż f’Malta hija fl-aqwa tagħha, il-plejers u l-membri tal-ekwipaġġ jistgħu jgħodduha b’waħda hekk kif l-ajruplan li kienu fuqu spiċċa fil-ħamrija.
Jidher li wara l-inżul fl-ajruport Internazzjonali ta’ Malta, il-pilota għamel manuvra ħażina bil-konsegwenza li l-ajruplan spiċċa mwaħħal fil-ħamrija tal-istess ajruport. Kien għalhekk li l-pilota ma setax imexxi aktar l-ajruplan u kellha tintgħalab l-għajnuna.
Jirriżulta li s-sitwazzjoni ġiet taħt kontroll fi ftit ħin u l-ajruplan issa jinsab ipparkjat f’post filwaqt li l-plejers telqu lejn il-lukanda fejn se jkunu qegħdin joqgħodu.