L-Ajruport lnternazzjonali ta’ Malta lbieraħ rebaħ żewġ unuri prestiġjużi waqt is-16- il edizzjoni ta’ Airports Council International (ACI) Europe Awards 2020.
Waqt ċerimonja virtwali Ii xxandret mill-ajruport ta’ Brussell, ACI Europe ħabbar liema kienu I-ajruporti rebbieħa għall-kisbiet notevoli tagħhom fil-kategoriji tal-operat, ir-riżorsi umani, I-innovazzjoni teknoloġika, I-aċċessibbiltà u t-trasformazzjoni diġitali.
L-Ajruport lnternazzjonali ta’ Malta għeleb kompetizzjoni iebsa mill-finalisti Porto Airport, Larnaka Airport, Aeroporti di Roma, Aeroporto di Bologna, u Aeroport Toulon Hyeres f’żewġ kategoriji sabiex rebaħ il-premji tal-Aqwa Ajruport skont id-daqs u tal-Eċċellenza fir-Riżorsi Umani.
“Ninsabu kburin Ii ACI rrikonoxxa I-ħidma tagħna, kemm bħala operatur tal-ajruport u kemm bħala impjegatur, sabiex stajna nadattaw għall-isfidi bla preċedent Ii ġabet magħha I-Covid-19 u nħarsu bl-aħjar mod possibbli kemm lill-passiġġieri u kemm lill-impjegati tagħna,” qal il-Kap Eżekuttiv tal-ajruport Alan Borg, filwaqt Ii rringrazzja lill-membri kollha tat-tim tal-kontribut tagħhom għall-kisba ta’ dawn I-unuri.
Ġurija magħmula minn rappreżentanti ta’ diversi organizzjonijiet u istituzzjonijiet, inklużi I-Kummissjoni Ewropea, SESAR JU u EUROCONTROL, faħħru x-xogħol tal-Ajruport lnternazzjonali ta’ Malta sabiex joħloq ambjent sigur fl-ajruport u I-impenn tiegħu sabiex jindirizza bżonnijiet ġodda tal-passiġġieri billi jikkunsidra I-feedback tagħhom.
II-ġurija identifikat it-twaqqif tal-Airport Care Team, is-segregazzjoni tat-terminal f’żoni u I-użu tat-teknologija sabiex jinżammu d-distanzi soċjali bħala I-inizjattivi Ii wasslu lill-Ajruport lnternazzjonali ta’ Malta sabiex jegħleb ajruporti finalisti oħrajn u jirbaħ it-titlu tal-Aqwa Ajruport skont id-daqs.
Panel ta’ ġurija fil-kategorija tal-Eċċellenza fir-Riżorsi Umani faħħar il-komunikazzjoni tal-Ajruport lnternazzjonali ta’ Malta mat-tim, I-inizjattivi tal-kumpanija sabiex tissalvagwardja I-benesseri tal-ħaddiema, u t-tnedija ta’ pjattaformi onlajn ta’ taħriġ u rikonoxximent sabiex it-tim seta’ jkompli jitħarreġ u jħossu mmotivat matul il-kriżi.
II-Kap tar-Riżorsi Umani, I-lstrategija u I-Marketing tal-ajruport Tina Lombardi aċċettat il-premju għall-Eċċellenza fir-Riżorsi Umani b’mod virtwali, filwaqt Ii t-tekniku Philip Borg, Ii ilu mal-kumpanija għal dawn I-aħħar 26 sena, aċċetta I-premju tal-Aqwa Ajruport f’isem it-tim.