Tuesday, November 12, 2024

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta tispjega li kien hemm dewmien f’ħames titjiriet minħabba xi bidliet fil-proċeduri 

Aqra wkoll

Ħames ajruplani esperjenzaw dewmien fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dan hekk kif mingħajr ma kienu mistennija, ġew introdotti proċeduri ġodda. 

Dan ġie kkonfermat mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fi stqarrija, fejn ġie spjegat li b’kollox ġew affetwati ħames titjiriet; KM478, KM640, FR1528, FR6029, u FR9875.

Sabiex jittaffa d-dewmien, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta implimenta dawn il-miżuri malajr kemm jista’ ikun, speċjalment minħabba t-tfixkil u l-inkonvenjenza li nħolqot lill-passiġġieri li kienu abbord lesti biex jitilqu. 

Ekonomija

Sport