Thursday, December 26, 2024

L-ajruport ta’ Heathrow javża dwar ċaqliq fit-titjiriet b’rispett lejn ir-Reġina

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Ajruport ta’ Heathrow qiegħed javża li xi titjiriet fis-sigħat li ġejjin mistennija jiġu mċaqalqin biex jiġi żgurat is-silenzju fuq iċ-ċentru ta’ Londra hekk kif it-tebut tar-Reġina jiġi trasportat lejn Westminster Hall.

Dan jista’ jwassal għal xi kanċellazzjonijiet jew xi titjiriet li jiġu skedati mill-ġdid. Aktar bidliet huma mistennija jsiru dakinhar tal-funeral, b’aktar dettalji mistennija jinħarġu fil-jiem li ġejjin.

Kelliem għall-ajruport qal li “B’rispett għall-perjodu ta’ luttu wara l-mewt tal-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II, se jkunu qegħdin isiru t-tibdiliet li hemm bżonn fl-operat tagħhom. 

Xi titjiriet bejn is-1:50 p.m u l-3:40 p.m mistennija jaraw dan it-tibdil biex ikun żgurat is-silenzju fuq iċ-ċentru ta’ Londra hekk kif il-purċissjoni ċerimonjali timxi minn Buckingham Palace għal Westminster Hall.

Il-passiġġieri se jiġu notifikati direttament mil-linji tal-ajru tagħhom bi kwalunkwe tibdil fit-titjiriet.

Ekonomija

Sport