It-titjiriet mill-ajruport ta’ Mitiga fi Tripli reġgħu bdew wara erba’ xhur li kien ilhom weqfin minħabba l-miżuri tal-COVID-19 u wara li sofra ħsarat kbar minħabba l-aggressjoni ta’ Tripli.
Il-maniġer tal-ajruport, Lutfi Al-Tabib qal li l-ewwel titjiriet reġgħu bdew f’Mitiga hekk kif ajruplan tal-Libyan Airlines mar lejn Istanbul u kien hemm titjira tal-Afriqiyah Airways skedata biex tmur Istanbul.
Qal ukoll li l-ajruport ħa l-prekawzjonijiet kollha neċessarji biex ma tkomplix tinfirex il-pandemija.