Monday, December 23, 2024

L-akbar ammont ta’ każi ġodda sa mill-bidu tal-pandemija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 2,991.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 582 każ ġdid filwaqt li 94 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. Dan ifisser li pajjiżna rreġistra l-akbar ammont ta’ każi ġodda f’ġurnata sa mill-bidu tal-pandemija.

L-aħħar darba fejn l-ammont ta’ każi ġodda kien qabeż il-500 kien fl-10 ta’ Marzu meta b’kollox kienu ġew reġistrati 510 każi.

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 47, b’erbgħa minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet żdied għal 473 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġt irġiel ta’ 52 u 53 sena.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,019,517 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 177,989 li huma dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport