Tuesday, April 22, 2025

L-akbar ingredjent tas-suċċess għal dan il-klabb kien bla dubju l-għaqda fit-tim – Gabriel Mensah

Aqra wkoll

Minn Cristian Mizzi

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Il-ħajja tiegħi tal-futbol bdiet meta kont żgħir ħafna u kien parti minni ħajti kollha, il-futbol ifisser kollox għalija u kont naf li mill-ewwel jum li xi darba se nkun plejer professjonali u ninsab kuntenta għal dak li nagħmel. Inħobb din il-logħba!

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Tarxien Rainbows FC.

Dan kien staġun tajjeb għal Tarxien Rainbows FC. Dan huwa klabb mill-aqwa mimli nies organizzati tajjeb u l-akbar ingredjent tas-suċċess għal dan il-klabb kien bla dubju l-għaqda fit-tim. Kien staġun iebes b’tant injuries imma bqajna nemmnu f’xulxin nistgħu nilħqu l-għan tagħna u flimkien irnexxielna nagħmlu dan.

X’taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess wara li Tarxien Rainbows FC kisbu promozzjoni mill-BOV Challenge League għall-Malta Premier?

Grazzi lill-kowċ u t-tim tekniku tiegħu, it-team Manager, il-kit managers, il-kumitat u l-president tal-klabb Tarxien Rainbows talli emmnu fina mill-ewwel ġurnata u biex finalment erġajna ksibna post fil-Malta Premier fejn tassew jistħoqqlu li jkun da nil-klabb il-klabb.

X’inhuma l-kummenti tiegħek dwar il-kowċ, Jacques Scerri?

Il-kowċ ta’ Tarxien Rainbows Jacques Scerri huwa kowċ mill-aqwa b’tant passjoni għax-xogħol tiegħu u jaf xi jrid.

Kif tqis il-livell attwali tal-futbol Malti?

Il-livell attwali tal-futbol Malti qed jitjieb gradwalment. Anke fil-livell tat-trażmissjoni fuq it-televixin, qed jintroduċi aktar cameras minn angoli differenti u l-kwalità tjiebet tassew. Fl-opinjoni tiegħi għandu jkun hemm mod kif ninvolvi lill-partitarji biex jinteraġixxu magħhom l-opinjonijiet tagħhom u kif nikkonvinċuhom biex jiġu l-istadium nilagħbu l-futbol għall-gost mhux għal aħna l-plejers biss għandna bżonnhom dejjem aktar.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Naħseb ukoll li l-MFA għandha tibni aktar art għal-logħba ma naħsibx li tliet stadiua huma biżżejjed għall-kampjonat tagħna, pereżempju s-Centenary Stadium ilu jintuża għal xi żmien u t-turf m’għadux ta’ kwalità tajba u jikkawża bosta injuries.

Kif qed tara l-futur tiegħek fil-futbol? Għaddi messaġġ finali lil kull min irid jibda jilgħab il-futbol.

Personali għad għandi ftit snin oħra biex nilgħab u nemmen fil-kwalità tiegħi u hemm aktar fija x’nagħti u kulma nista’ ngħid lill-plejers żgħażagħ ta’ talent li ġejjin u jridu jilagħbu l-futbol huwa li jridu juru dixxiplina, dedikazzjoni, impenn u xogħol iebes ħafna.

It-talent waħdu ma jistax iwasslek sal-quċċata!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport