Monday, March 17, 2025

L-akbar investiment li qatt sar fir-residenzi tat-tfal

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal iffirma ftehim soċjali b’allokazzjoni ta’ €7 miljun sabiex ikunu garantiti s-servizzi kollha mogħtija mill-Fondazzjoni Sebħ, fit-tmexxija ta’ residenzi tat-tfal f’Malta. Permezz ta’ dan il-finanzjament, ser jingħataw servizzi soċjali, 24 siegħa kuljum minn 4 residenzi tat-tfal immexxija mill-Fondazzjoni Sebħ, għat-3 snin illi ġejjin.

Dan il-ftehim soċjali huwa wieħed minn għexieren li l-ministeru għandu ma’ diversi għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu ma’ persuni vulnerabbli.

L-iffirmar tal-ftehim kien ippresedut mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon li stqarr li,  “Dak li qed niffirmaw għalih illum huwa l-akbar ftehim soċjali ta’ kull żmien fil-qasam tal-kura ta’ minuri f’ħarsien alternattiv. Irridu nagħtu dinjità lil kull tifel u tifla, u noffru mħabba, protezzjoni, ambjent sabiħ u aċċess ugwali għal kull opportunità.”

Dan l-investiment mhux biss jagħti saqaf b’dinjità lil dawn it-tfal iżda huwa investiment fl-edukazzjoni, fil-kura tas-saħħa, fil-passatempi tat-tfal u dak kollu li jistgħu jiġu bżonn tul it-tfulija u l-adoloxxenza tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport