Tard it-Tnejn filgħaxija, l-attakkant internazzjonali Portugiż ta’ Manchester United, Cristiano Ronaldo, ħabbar fuq Instagram li miet it-tifel tiegħu tat-twelid mis-sieħba tiegħu Georgina Rodriguez.
Il-mara ta’ 28 sena welldet tewmin iżda filwaqt li t-tifla twieldet b’mod normali, sfortunatament it-tifel miet.
Stqarrija maħruġa mill-koppja kkonfermat il-mewt tat-tarbija tagħhom bħala ‘l-akbar dulur’, li ġenituri jista’ jkollhom f’dan il-mument tant diffiċli.
“Bi swied ta’ qalb rridu nħabbru li t-tarbija tat-twelid tagħna miet. Huwa l-aktar dulur li jista’ jħoss kwalunkwe ġenitur.
“It-twelid tat-tarbija tagħna biss jagħtina s-saħħa biex ngħixu dan il-mument b’tama u ferħ.
“Nixtiequ nirringrazzjaw lit-tobba u l-infermiera għall-kura esperta u l-appoġġ kollu tagħhom.
“Aħna lkoll ninsabu sogħbiena b’din it-telfa u ġentilment nitolbu għall-privatezza f’dan il-mument tant diffiċli.
“Int l-anġlu tagħna … aħna dejjem se nibqgħu nħobbuk.”
Wara din it-tħabbira, intbagħtu eluf ta’ messaġġi ta’ kondoljanzi u kuraġġ fuq il-media soċjali lil din il-koppja.
Manchester United, il-club attwali ta’ Ronaldo u t-tim fejn saħħaħ l-istatus tiegħu bħala leġġenda tal-Premier League, ippubblika stqarrija fuq Instagram:
“L-uġigħ tagħkom huwa l-uġigħ tagħna. Nibagħtu mħabba u saħħa lilek u lill-familja kollha f’dan iż-żmien tant diffiċli.”