Qormi FC Nursery organizzaw is-serata ta’ premjazzjoni fi tmiem l-istaġun 2024/25 f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan fejn fih ġew ippremjati plejers mill-kategoriji ta’ taħt l-erba’ snin sa żgħażagħ li jiffurmaw parti mit-tim ta’ taħt il-21 sena.
Ingħataw rikonoxximenti għall-aqwa goalkeepers, difensuri, plejers ta’ nofs il-grawnd u attakkanti kif ukoll intgħażel l-aqwa plejer, l-iktar wieħed dedikat u anke promettenti.
Fis-serata, li kellha attendenza ta’ madwar 400 ruħ, tkellem is-sur Mario Cilia, wieħed mill-kontributuri ta’ din l-akkademja kif ukoll kit manager tal-klabb, fejn irringrazzja lill-ġenituri u t-tfal li qed jagħmlu dan il-proġett li nbeda wieħed ta’ suċċess. Hu faħħar ukoll lill-amministrazzjoni speċjalment liċ-chairman Jason Dingli kif ukoll il-membri l-oħra tal-kumitat tal-organizzazzjoni impekkabbli kif ukoll l-inizjattiva li ssir din il-lejla ta’ premjazzjoni li issa waslet fit-tieni sena tagħha.
Bħalissa hemm madwar 260 tifel u tifla li qed jipparteċipaw fl-Akkademja ta’ Qormi FC.