Wednesday, December 3, 2025

L-AKL se tospita aktar minn 150 mexxej lokali minn pajjiżi differenti f’pajjiżna

Aqra wkoll

Bejn għada u l-Ġimgħa, f’Malta se jkun hawn aktar minn 150 mexxej lokali (kunsilli Lokali) minn pajjiżi differenti li fost l-oħrajn se jkunu qed jistabilixxu l-prijoritajiet lokali għall-baġit il-ġdid tal-UE u jeleġġu t-tmexxija politika ġdida tal-CEMR.

Il-President tal-Assoċjazzjoni Mario Fava ġie kwotat jgħid li “l-mod rapidu li bih qed tinbidel id-dinja huwa kruċjali l-l-awtoritajiet lokali u reġjonali jibqgħu u jkunu dejjem iktar fiċ-ċentru tat-tehid tad-deċiżjonijiet għaliex huma dawn li jgħixu u jħossu ta’ kuljum il-poloz tar-residenti tagħhom. Dan iwassal biex il-bidliet li jsiru jkunu minn isfel għal fuq u bl-involviment ta’ kulħadd”.

Waqt id-diskussjoni fis-Summit tal-Mexxejja tal-Kunsill tal-Muniċipalitajiet u r-Reġjuni tal-Ewropa (CEMR) se jkun hemm dibattitu dwar il-prijoritajiet lokali għall-baġit il-ġdid tal-UE 2028–2034 u l-isfidi tat-tibdil demografiku fil-kontinent u l-impatt tiegħu fuq l-ibliet, l-irħula u r-reġjuni.

Is-Summit li se jsir fuq jumejn se jiffoka fuq il-prijoritajiet lokali għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss tal-UE (2028–2034) u fuq l-impatt tat-tibdil demografiku tal-Ewropa fuq l-ibliet, l-irħula u r-reġjuni.

It-tema magħżula għal dan is-Summit hija “Nibnu l-Ewropa mill-pedament – vuċijiet lokali u reġjonali f’dinja li qiegħda tinbidel”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport