Thursday, November 6, 2025

L-AKL tilqa’ l-wegħda tal-Prim Ministru dwar il-White Rocks

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali tilqa’ b’entużjażmu kbir il-wegħda tal-Prim Ministru li jirritorna l-eks kumpless ta’ White Rocks lill-pubbliku.

Fi stqarriјa hiјa qalet li din id-deċiżjoni timmarka pass sinifikanti lejn it-titjib tal-aċċess tal-komunità għal spazji pubbliċi vitali u li taqbel perfettament mal-viżjoni tal-Assoċјazzјoni,  li jpoġġu lir-residenti l-ewwel u jtejjbu l-kwalità tal-ħajja ġenerali fil-komunitajiet.

Intqal li: “L-eks-kumpless ta’ White Rocks jirrappreżenta opportunità unika biex nipprovdu lir-residenti tagħna b’faċilitajiet rikreattivi, esperjenzi kulturali, u spazju ta’ laqgħat komunitarji li jirrifletti l-valuri u l-bżonnijiet taċ-ċittadini tagħna” .

Tenniet tgħid billi faħħret lill-Prim Ministru: “għal din il-wegħda u nħarsu ‘l quddiem lejn sħubija produttiva fit-twettiq ta’ din il-viżjoni. Flimkien, nistgħu noħolqu spazji li jtejbu l-ispirtu komunitarju tagħna u jrawmu komunità aktar b’saħħitha u vibranti”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport