Saturday, December 28, 2024

L-AKL tniedi dokument li jagħti gwida għall-infrastruttura pubblika ta’ vetturi elettriċi

Aqra wkoll

Nhar it-Tnejn 13 ta’ Settembru l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali nediet l-ewwel minn sensiela ta’ 24 dokument li jfasslu strateġija ta’ imlimentazzjoni mibnija fuq il-viżjoni Resident First.

Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni qalet li l-viżjoni Resident First tqiegħed fuq quddiem nett pilastri ewlenin li huma l-Mobbiltà Sostenibbli, l-Ambjent Aħdar Urban, Spazji Urbani Miftuħa u Bliet u Rħula Intelliġenti li għandhom jiggwidaw il-ħidma tal-Kunsilli Lokali matul dawn l-erba’ snin.

Dawn l-istudji għandhom jagħtu direzzjoni lill-Kunsilli Lokali biex ikunu jistgħu jwettqu l-bidliet meħtieġa biex verament ikollna bliet aktar sostenibbli u li joffru kwalità ta’ ħajja dejjem aħjar lir-resident.

Dan id-dokument partikolari qed jagħti ħarsa dettaljata lejn il-mobiltà ġenerali f’pajjiżna, l-effetti tal-użu tal-karozza privata fuq il-kwalità taż-żoni urbani tagħna, is-soluzzjonijiet u l-isfidi li jġibu magħhom l-elettrifikazzjoni tal-vetturi fil-lokalitajiet tagħna inkluż proposti għall-aħjar infrastruttura elettrika bl-inqas impatt fuq spazji pubbliċi tagħna.

L-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokalil qalet li d-dokument qed jagħti ħarsa wkoll lejn l-isfidi li l-elettrifikazzjoni tal-vetturi mhux se tkun qed tindirizza fost dawn it-traffiku, il-parkeġġ u oħrajn.

Fil-ġimgħat li ġejjin, l-Assoċjazzjoni se tkun qed tniedi wkoll id-dokumenti fuq l-infrastruttura neċessarja u adegwata għall-mixi, l-aktar mod ta’ mobiltà sostenibbli u importanti.

L-Assoċjazzjoni qalet ukoll li f’Ottubru se jkunu qed jiżvelaw l-ewwel rotot tal-proġett Slowstreets u pjan ta’ implimentazzjoni għal-lokalità taż-Żejtun.

Jekk tixtieq tara d-dokument mur fuq din il-link: https://www.lca.org.mt/wp-content/uploads/2021/09/Good_Practice_Guides_EV.pdf

Ekonomija

Sport