Saturday, April 27, 2024

“L-aktar survey importanti għall-PN huwa dakinhar tal-elezzjoni … il-poplu se jagħżel”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fir-risposta tiegħu l-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal li l-Ministru għall-Ambjent ma jistax jitkellem dwar kreddibbiltà meta hu stess fil-Wasteserv daħħal 80 persuna mid-distrett tiegħu. Cutajar qal li n-nies f’isem il-Partit Nazzjonalista huma dawk bħal Roberta Metsola li minkejja biex joskurawha nħarġu bosta rapporti li qalu li hi marret barra biex tagħmel il-ħsara lil pajjiżna. 

Cutajar qal li għall-Partit Nazzjonalista l-aktar survey importanti għall-Partit Nazzjonalista huwa dakinhar tal-elezzjoni.

“Għandek għalfejn tinkwieta Ministru għax il-poplu Malti fis-skiet ta’ daru diġà qiegħed jiddeċiedi x’se jkun qiegħed jagħmel tiġi meta tiġi l-elezzjoni u fost ir-raġunijiet ewlenin li se jiddeċiedi fuqhom huwa proprju l-ambjent”, saħaq Cutajar.

Sport