Monday, November 11, 2024

L-Alarm Phone tappella għal azzjoni biex jiġu salvati 500 persuna “f’periklu imminenti”

Aqra wkoll

L-Għaqda mhux Governattiva Alarm Phone ilha diversi sigħat issejjaħ għall-għajnuna dwar 500 persuna li jinsabu fil-periklu minħabba l-maltemp qawwi li mistennija jiltaqgħu miegħu.

L-NGO wissiet dwar il-qawwa tar-riħ u l-mewġ qawwi li dan qiegħed jikkawża fuq id-dgħajsa li skonthom tinsab fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija.

Hija appellat lill-awtoritajiet Ewropej biex jikkordinaw is-salvataġġ ta’ dawn il-persuni għax ħajjithom hija fil-periklu.

Sport