Sunday, December 22, 2024

L-Albanija jsalvaw ir-riżultat b’goal drammatiku kontra l-Kroazja

Aqra wkoll

Kroazja ………2

Albanija ……..2

F’partita mill-isbaħ, l-Albanija kisbu draw drammatiku ta’ 2-2 kontra l-Kroazja biex iż-żewġ timijiet issa għandhom punt kull wieħed minn żewġ logħbiet.

L-Albanija fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu, fil-11-il minuta, meta Jasir Asani xeħet cross fejn sab lil  QAZIM LACI li kkonkluda bir-ras.

Man-nofs siegħa logħob, l-Albanija tilfu ċans tad-deheb li jirduppjaw meta minn poiżizzjoni ferm ideali Kristijan Asllani ra lill-goalkeeper, Dominiki Livakovic, iwettaq save kbir.

Il-pressjoni kienet kollha fuq il-Kroati u fil-ftuħ tat-tieni taqsima, huma ħarġu fuq l-offensiva biex jagħmlu l-iskor indaqs. Fil-50 minuta, Luka Sucic kellu xutt fil-baxx salvat tajjeb mill-goalkeeper, Thomas Strakosha.

Tliet minuti wara, Mateo Kovacic, kellu xutt mid-distanza li sab lill-goalkeeper attent.

L-Albanija wieġbu fis-67 minuta meta Nedim Bajrami spara xutt minn tarf il-kaxxa li iżda ntemm għoli.

Fl-74 minuta, il-Kroati kisbu d-draw minn ANDREJ KRAMARIC li b’xutt fil-baxx qata’ għal kollox lid-difiża Kroata, inkluż lill-goalkeeper Livakovic, bil-ballun jispiċċa fix-xibka. 

Bl-Albaniżi demoralizzati, żewġ minuti wara, il-Kroa­ti marru fil-vantaġġ meta Ante Budimir għadda tajjeb lejn Sucic li kellu x-xutt minn taħt il-lasti jaħbat karambola ma’ sieq Klaus Gjasula u jintemm fix-xibka. 

Iżda d-drama fil-partita kienet għadha ma ntemmitx meta proprju fil-ħin miżjud, eżattament fl-94 minuta, l-Albanija kisbu meta KLAUS GJASULA minn pożizzjoni ideali u b’xutt mill-ewwel sammar il-ballun fix-xibka biex b’hekk patta għall-auto-goal li kien ikkommetta ftit qabel.

Ekonomija

Sport