Wednesday, December 25, 2024

L-alleati jistgħu jibdew jagħtu ajruplani tal-gwerra lil Ukranja

Aqra wkoll

F’dik li qiegħda titqies bħala mossa perikoluża mmens, l-Istati Uniti ħabbret li se tagħti permess lil alleati tagħha li jgaddu ajruplani F-16s lil Ukranja.

Ir-Russja kemm-il darba wissiet li jekk jiġri dan ikun ifisser li l-gwerra tagħha m’għadiex biss kontra l-Ukranja, iżda se ssir kontra l-alleati kollha. Ifisser ukoll li dan il-kunflitt jista’ jiskala ħafna.

Kien il-konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali Jake Sullivan li qal li l-President tal-Istati Uniti Joe Biden informa lill-pajjiżi membri tal-G7 b’din id-deċiżjoni hekk kif bħalissa qiegħda titlaqqa’ laqgħa importanti ħafna fil-Ġappun.

Sullivan qal li t-taħriġ tal-piloti se jsir kollu mill-forzi Amerikani, iżda dawn se jkunu qegħdin jintużaw biss minn piloti Ukreni u bl-ebda mod l-ebda suldat Amerikan jew tal-alleati ma huma se jirfsu l-art Ukrena.

Għal din l-aħbar, il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li din hi deċiżjoni storika.

Zelensky qal li issa t-truppi tiegħu se jkunu qegħdin jiġġieldu l-gwerra wkoll mill-ajru u mhux jiġu attakkati biss.

Iż-żjara li l-President Ukren għamel madwar l-Ewropa jidher li ħalliet ir-riżultati hekk kif aktar pajjiżi fosthom ir-Renju Unit se jkunu qegħdin joffru aktar armamenti sofistikati lil Ukranja.

Ekonomija

Sport