Friday, April 3, 2026

L-allegat aggressur ta’ Bondi Beach jitlef tentattiv biex jaħbi l-identitajiet tal-familja tiegħu

Aqra wkoll

Naveed Akram, ta’ 24 sena, huwa akkużat bl-involviment tiegħu fl-isparatura waqt ċelebrazzjoni Lhudija ta’ Hanukkah f’Sydney f’Diċembru li għadda. Huwa talab ordni ta’ anonimità ta’ 40 sena għall-membri tal-familja tiegħu. Ir-raġuni ta’ din kienet minħabba inkwiet għas-sigurtà tagħhom.

Il-pulizija tgħid li, l-attakk li kien ispirat mill-Istat Islamiku.

Missier l-aggressur, Sajid, li l-pulizija tgħid li kien involut ukoll fl-isparatura, inqatel mill-pulizija dakinhar stess.

Akram qed jaffaċċja 59 akkuża dwar l-attakk, inklużi 15-l akkuża ta’ qtil u akkuża waħda ta’ att terroristiku.

It-talba ta’ Akram ġiet miċħudha minn numru ta’ gruppi tal-midja Awstraljani, li argumentaw li l-ordni proposta tipprevjeni r-rappurtar preċiż ta’ dan il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport