Saturday, December 14, 2024

L-allegat każ ta’ Carmen Ciantar… il-Ministeru tas-Saħħa jippreċiża

Aqra wkoll

Wara li Carmen Ciantar issospendiet lilha nnifisha minn Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi wara allegazzjonijiet li feġġew fuq portals barranin nhar l-Erbgħa li għadda, il-Ministeru għas-Saħħa ppreċiża illi din kienet l-ewwel darba li l-allegazzjonijiet imsemmija ġew għall-attenzjoni tad-Deputat Prim Ministru u tal-Uffiċjali tal-Ministeru.
 
Il-Ministeru żied jgħid li minkejja li l-allegati avvenimenti msemmija f’dawn l-artikli jikkwotaw dati li ġraw qabel l-impjieg tas-Sinjura Ciantar mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, u minkejja li hija rrifjutat l-allegazzjonijiet, id-Deputat Prim Ministru xorta ħass il-ħtieġa li jaċċetta, immedjatament, is-sospensjoni tagħha mill-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-FMS.
 
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne appella lill-Pulizija u l-awtoritajiet ikkonċernati sabiex jaġixxu mill-iktar fis b’investigazzjoni tagħhom sabiex toħroġ il-verità kollha.

Ekonomija

Sport