Sunday, December 22, 2024

L-allegat qattil ta’ Mario Farrugia kkundannat 13-il xahar ħabs fuq droga

Aqra wkoll

Elliot Paul Busuttil li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Mario Farrugia ta’ 62 sena, ġie kkundattat 13-il xahar ħabs wara li nstab ħati ta’ pussess aggravat ta’ droga.

Fil-Qorti nstema’ kif fi Frar tal-2018, Busuttil, flimkien ma’ sitt persuni oħra, kien ġie arrestat wara li f’rejd li għamlu f’residenza f’Buġibba, il-Pulizija sabu l-kannabis u l-kokaina.

Minbarra piena ta’ ħabs, il-Qorti kkundannat lil Busuttil biex iħallas is-somma ta’ €950 fi spejjeż tal-Qorti.

Busuttil għadu qed jistenna li jgħaddi ġuri dwar il-qtil ta’ Farrugia li kien insatb mejjet fil-bagoll tal-karozza tiegħu f’Ħal Qormi f’April li għadda.

Ekonomija

Sport