Thursday, December 26, 2024

L-ALPA tikseb inġunzjoni ta’ projbizzjoni biex twaqqaf it-tkeċċijiet tal-bdoti

Aqra wkoll

L-unjin tal-bdoti tal-Air Malta kisbet inġunzjoni ta’ projbizzjoni temporanja biex twaqqaf lil-linja tal-ajru u lill-gvern biex jipproċedu bil-pjani tat-tkeċċija ta’ 69 bdot.

It-talba ġiet ippreżentata aktar kmieni llum, u ġiet milqugħa mill-Imħallef Toni Abela sakemm il-każ jinstema’ fil-Qorti. Seduta mistennija li tinżamm fil-15 ta’ Ġunju.

Tard nhar il-Ġimgħa li għadda l-linja tal-ajru informat li kienet keċċiet lill-bdoti wara li taħdiet mal-ALPA kienu fallew. L-Air Malta kienet qalet li l-unjin insistiet fuq il-ħlas ta’ €73 miljun għal irtirar qabel iż-żmien.

L-ALPA ddeskriviet it-tkeċċijiet bħala sorpriża speċjalment wara l-laqgħat li kienu qed jiżvolġu fuq bażi regolari.

Ekonomija

Sport