L-Ambaxxata fil-Qatar jinsabu f’kuntatt dirett mal-komunità Maltija biex jiżgura li huma siguri. F’kunatt li għamel dan is-sit mal-Ambaxxata, qalulna li apparti r-residenti Maltin li jinsabu fil-Qatar, qegħdin ukoll f’kuntatt ma’ passiġġieri li nqabdu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Hamad.
L-Ambaxxata qalet li f’dawn l-aħħar 72 siegħa, il-Qatar u r-reġjun tal-Gulf ra eskalazzjoni militari bl-awtoritajiet tal-pajjiżi jinterċettaw ħafna missili u attakki bid-drones li ġew sparati fuq il-pajjiż mill-Iran.
Il-gvern tal-Qatar implimenta diversi miżuri fosthom li wieħed jidħol f’shelter u kemm jista’ joqgħod id-dar. Aktar minn hekk ġew sospiżi l-attivitajiet pubbliċi kollha kif ukoll ingħalaq l-ispazju tal-ajru.
L-Ambaxxata tgħid li se tibqa’ tara mill-qrib l-interessi tal-Maltin li jinsabu fil-pajjiż. Iħeġġu lil dawk kollha li għandhom bżonn jagħmel kunatt mal-Ambaxxata fuq in-numru +974 6004 0310.



