Saturday, September 14, 2024

L-Ambaxxatur Malti għall-Finlandja jirriżenja wara kumment kontroversjali fuq il-midja soċjali

Aqra wkoll

L-Ambaxxatur Malti għall-Finlandja, Michael Zammit Tabona, irriżenja mill-kariga tiegħu wara kumment kontroversjali fuq il-midja soċjali li fiha kkumpara lill-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel mal-mexxej Nazist Adolf Hitler.

Intant r-riżenja ta’ Zammit Tabona kienet ikkonfermata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.

Fil-kumment li huwa għamel fuq Facebook, Zammit Tabona kiteb li “75 sena ilu konna waqqafna lil Hitler. Min se jkun qed iwaqqaf lil Angela Merkel? Hija wettqet il-ħolma ta’ Hitler! Li tikkontrolla l-Ewropa.”

Zammit Tabona kien inħatar ambaxxatur għall-Finlandja fl-2014.

Ekonomija

Sport