Fid-diskors tiegħu waqt il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione, il-Viċi Kap qal li “l-ambizzjoni personali hija ‘part of the game’. Hu qal dan b’referenza għal diversi diskorsi li saru minn esponenti Nazzjonalisti biex il-kandidati għall-Kap tal-PN ma jitmexxewx mill-ambizzjoni personali tagħhom.
Il-viċi kap tal li ħadd mhu akbar mill-partit, filwaqt li stqarr li l-ambizzjoni personali trid tkun parti mill-mutur li jimbotta l-aġenda tal-PN.
Sostna li l-ħidma politika tibda minn servizz u trid tispiċċa bis-servizz. Qal li politiku reali għandu joħroġ mill-comfort zone tiegħu.
Fid-diskors tiegħu rrefera wkoll għal diversi sorsi fi ħdan tal-PN li qegħdin jitkellmu mal-midja dwar dak li hu għaddej. Qal li l-midja qiegħda tivvinta stejjer dwar il-Partit Nazzjonalista.
F’botta biex ħadd ma jeħodlu postu, Alex Perici Calascioneqal li fl-aħħar sigħat kien hemm stejjer li l-Viċi Kap kien se jisparixxi… “iżda s’issa għadni hawn.”