Il-bastiment ta’ taħriġ għall-Korp Navali Taljan, l-Amerigo Vespucci, temm iż-żjara tiegħu ta’ ftit jiem f’pajjiżna fejn tul il-ġranet li dam hawn offra dehra mill-isbaħ tal-Port il-Kbir. It-tluq tiegħu minn pajjiżna kien imżewwaq b’salut bil-kanuni tal-Forzi Armati ta’ Malta fil-Barrakka ta’ Fuq.

L-Amerigo Vespucci huwa magħruf mad-dinja bħala wieħed mill-isbaħ u l-aktar vapur eleganti li qatt inbnew. Il-preżenza tiegħu fl-ibħra Maltin hija tifkira ħajja tal-konnessjonijiet marittimi u kulturali qawwija bejn Malta u l-Italja, relazzjoni mibnija fuq storja ta’ rispett reċiproku.