L-Amerikan Cole Hockher rebaħ l-1500 metru tal-irġiel b’sorpriża kbira. Kien iċ-champion Olimpiku renjanti, Jakob Ingebrigtsen, li mar quddiem kmieni u jidher li ried li jkun minn ta’ quddiem fit-tellieqa. Brian Komen tal-Kenja kien hemm miegħu hekk kif il-Britanniku Josh Kerr daħal wara n-Norveġiż Ingebrigtsen.
Kien fadal żewġ dawriet u Ingebrigtsen baqa’ quddiem. Huwa fetaħ vantaġġ żgħir hekk kif Cheruiyot tela’ it-tieni u Komen għeb. Kerr baqa’ fit-tielet post.
Imbagħad huma waslu lejn id-dritta u din id-darba nstemgħet il-qanpiena. Ingebrigtsen, Cheruiyot, Kerr, Nuguse fir-raba’, Hocker il-ħames b’dawra għat-tmiem.
Hocker għamel mossa fuq Nuguse u Kerr fuq Cheruiyot! Kerr attakka fuq id-dritta ta’ wara u naqqas id-distakk għal Ingebrigtsen! Meta waslu għal-liwja finali Hocker kien qed jiġri fuq in-naħa ta’ ġewwa!
Kerr qabeż lil Ingebrigtsen fid-dritta finali iżda bdew ġejjin l-atleti Amerikani!
Cole Hocker għadda lil Josh Kerr fuq il-linja b’rekord Olimpiku ta’ 3:27.65. Kerr ħa l-fidda fi 3:27.79 u l-bronż ħadha Nuguse fi 3:27.80! Ingebrigtsen baqa’ barra mill-midalji!