Wednesday, December 25, 2024

L-Amerikan Grant Holloway jirbaħ il-110m hurdles

Aqra wkoll

L-aħħar finali fi Stade de France tas-serata, kienet dik tal-110m hurdles tal-irġiel. Iċ-cham­pion tad-dinja Grant Holloway kważi qatt ma jit­lef. Iżda tilef kontra Hansle Parchment fil-finali ta’ Tokyo, u din id-darba ried id-deheb.

Huwa għadda s-semi-finali u resaq qrib ir-rekord Olimpiku f’dik it-tellieqa.

Tliet Ġamajkani u tliet sprint hurdlers Amerikani f’din il-finali, iżda l-attenzjoni kienet kollha fuq dawk it-tnejn.

Holloway beda b’mod veloċi u wassal sal-aħħar! 12.99 u ma kienx qrib.

Kien hemm photo finish għat-tieni post! Da­niel Roberts għamilhom 1-2 għall-Istati Uniti qabel Rasheed Broadbell tal-Ġamajka, it-tnejn f’13.09.

Ekonomija

Sport