L-Amerikan, Ryan Crouser, kiteb l-istorja meta rebaħ it-tielet midalja tad-deheb konsekuttiva fl-Olimpjadi fix-shot put.
Wara li sofra bi problema fil-minkeb matul is-sena huwa rkupra tajjeb biex kompla fejn ħalla s-sena li għaddiet meta rreġistra r-rekord tad-dinja, b’tefgħa ta’ 23.56m.
Huwa kien fil-kontroll meta t-tefgħa tiegħu kienet ta’ 22.90m, segwit mill-kompatrijott tiegħu Joe Kovacs (22.15) u l-Ġamajkan Rajindra Campbell (22.15).