Monday, October 14, 2024

L-Amerikani jirbħu ta’ bl-Erbgħa tal-irġiel

Aqra wkoll

Nick Mead, Michael Grady, Liam Corrigan u Justin Best, li flimkien jifformaw it-team tal-Istati Uniti, rebħu t-tellieqa ta’ bl-Ergħba tal-irġiel fuq distanza ta’ 2,000 metru. 

Huma kienu segwiti mit-team ta’ New Zealand li kien kompost minn Ollie Maclean, Logan Ullrich, Tom Murray u Matt MacDo­nald, li qasmu l-linja f’ħin ta’ 5:49.88. Fit-tielet pożizzjoni temmew il-Gran Brittanja, Oliver Wilkes, David Ambler, Matt Aldridge u Freddie Davidson, meta rreġistraw ħin ta’ 5:52.42.

Sport