L-Istati Uniti rebħu il-midalja tad-deheb tar-relay tan-nisa 4x100m fejn kien hemm appoġġ kbir għal Franza bit-timijiet l-oħra jkunu l-Olanda, il-Kanada, il-Ġamajka, il-Ġermanja, il-Gran Brittanja u l-Isvizzera.
Notevolment, l-Istati Uniti kellhom lil Gabby Thomas u Sha’Carri Richardson fuq it-tielet u r-raba’ legs wara Melissa Jefferson u Twanisha Terry. Il-Ġamajka kienu mingħajr Shericka Jackson u Shelly-Ann Fraser-Pryce.
Ix-xita kienet nieżla bil-qliel iżda imbagħad battiet xi ftit. Iżda setgħet tagħmel differenza kbira fuq il-bdil tal-baton.
Il-Gran Brittanja bdew meraviljuż, wara li qabdu lill-Isvizzera fuq l-iskeda qabel l-ewwel bidla. Il-Brittaniċi kellhom jagħmlu t-tieni u t-tielet bidla, iżda l-Ġermanja kienu fuq quddiem u bdew jiġu attakkati mill-Istati Uniti li eventwalment qabżu lill-Brittanja.
L-Istati Uniti rebħu d-deheb f’41.78, l-aqwa tal-istaġun. Il-fidda ġiet mirbuħa l-Brittaniċi f’41.85 u l-Ġermanja il-bronż f’41.97.
Kien f’idejn ir-referees biex jirrevedu l-video għal skwalifiki possibbli. U r-riżultat kien konfermat, bil-Gran Brittanja tingħata twissija għal ksur tal-lane u l-Isvizzera skwalifikata għal bidla barra ż-żona.