L-Animal Welfare, wara li sar rapport permezz ta’ telefonata, għamlet spezzjoni f’residenza privata fit-Triq il-Baċir Ġdid, Paola, li fiha rriżulta li kien hemm madwar 120 annimal miżmum. Dawn l-annimali instabu f’bitħa u kamra żgħira, li ma kinitx addattata għalihom. Il-veterinarji fi ħdan id-Direttorat għamlu l-ispezzjonijiet neċċessarji u eżaminaw l-annimali fuq il-post u r-riżulta li dawn l-annimali ma kienux fi stat ta’ qagħda tajba. B’hekk ittieħdu l-miżuri kollha neċessarji u dak il-ħin stess, l-annimali kollha ġew salvati mill-uffiċjala permezz ta’ ambulanza. L-investigazzjoni se tibqa ghaddejja.

B’kollox ġew salvati; 7 qtates, 19 fniek, 17 tiġġieġ, 17 gebrils u madwar 60 għasfur ta’ speċi differenti.