Saturday, January 4, 2025

“L-annimal irid jitrabba minn ferħ biex jagħmel konnessjoni miegħek”

L-investigazzjoni dwar is-sejba ta' annimali eżotiċi fin-Naxxar għadha għaddejja

Aqra wkoll

L-investigazzjoni b’rabta mas-sejba ta’ erba’ ljuni u pantera f’sit fin-Naxxar għadha għaddejja.

L-annimali eżotiċi qed jiġu mitmugħa, filwaqt li qed jiġu ssorveljati kontinwament mid-Direttorat għar-Regolamenti Veterinarji flimkien mal-Pulizija anke sakemm jinstab post adekwat.  

Is-sorveljanza qed issir mhux biss għall-benesseri tal-annimali nfushom, iżda wkoll għall-pubbliku li mhux jitħalla jersaq qrib iż-żona fejn qegħdin jinżammu dawn l-annimali.  

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akkwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, spjegat kif il-Gvern hu kommess li jkompli jsaħħaħ id-drittijiet tal-annimali, fosthom permezz ta’ emendi fil-liġijiet li, fost l-oħrajn, daħlu fis-seħħ proprju f’Ottubru li għadda. 

Intant fl-aħħar sigħat is-sid taż-zoo l-Arka ta’ Noe qal li ftit huma dawk in-nies li verament jistgħu jitkellmu fuq l-annimali eżotiċi jekk mhux huma li ilhom snin jagħmluha magħhom.

Anton Cutajar saħaq li ma tistax taqbad annimal eżotiku li jkun trabba ġo gaġġa jew spazju magħluq u titfgħu fis-selvaġġ u tippretendi li jgħixu għax dan mhux possibbli.

Huwa sostna li meta dawn l-annimali ma jitrabbewx minn sidhom sa minn meta jkunu frieħ, l-annimal mhu se jagħmel l-ebda konnessjoni miegħek u huma perikolużi. Minkejja li ċaħad li dawn l-annimali li nstabu fin-Naxxar kienu bil-ġuħ, fl-istess waqt ikkundanna lil min ħa d-deċiżjoni li jżomm dawn l-annimali f’daqshekk ċokon.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport