Saturday, November 23, 2024

L-anqas rata ta’ mwiet fi żmien xahrejn fi Spanja

Aqra wkoll

Fi Spanja kien hemm l-anqas rata ta’ mwiet f’xahrejn wara li fl-aħħar 24 siegħa kienu kkonfermati 87 persuna infettati li mietu.

Din kienet l-ewwel darba li fi Spanja kien hemm anqas minn 100 persuna li mietu f’ġurnata, anke jekk xi rapporti qed jinnutaw li dan in-numru jista’ jkun affettwat minn ittardjar fil-qari tar-riżultati minħabba tmiem il-ġimgħa. Il-Kap tas-Saħħa fil-pajjiż Fernando Simon iddeskriva dan in-numru bħala aħbar tajba anke jekk xorta waħda hija xi ħaġa ta’ dieqa li tħabbar imwiet kawża tal-mard.

Fi Spanja hu stmat li kien hemm 231,350 każ ta’ coronavirusu mas-27,650 persuna li mietu. Minn dawn il-każi kien hemm l-aħħar aġġornament ta’ 400 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa. L-istat ta’ emerġenza fil-pajjiż kien mistenni jintemm fl-24 ta’ Mejju iżda l-Prim Ministru Pedro Sanchez qal li l-gvern se jkun qed jitlob li dan il-perjodu jiġi estiż b’xahar ieħor.

Sport