Saturday, November 23, 2024

L-antibody li jipprevjeni lill-Covid-19 milli jinfetta lill-bniedem jiġi identifikat minn riċerkaturi

Aqra wkoll

Xjentisti qed jisħqu li sabu l-antibody li jimblokka infezzjonijiet ikkaġunati mis-SARS-CoV-2, it-tip ta’ coronavirus li huwa responsabbli mill-kriżi attwali ta’ saħħa dinjija.

L-antibody, magħrufa bħala 47D11, tattakka l-ponot famużi tal-proteina tal-virus, u li jintużaw biex dan jaqbad maċ-ċelloli tal-bniedem u jinjetta l-materjal ġenetiku fihom.

Testijiet fil-ġrieden juru li l-antibody 47D11 tingħaqad ma’ din il-proteina u tipprevejeniha milli taqbad maċ-ċelloli tal-bniedem. Dan iwassal biex eventwalment il-virus jiġi newtralizzat.

Din l-iskoperta medika toffri tama għal trattament kontra l-marda respiratorja li s’issa qatlet aktar minn 235,000 persuna madwar id-dinja.

Riċerkaturi qalu li dan l-antibody, jekk jiġi injettat fl-bniedem jaf ibiddel il-perkors tal-infezzjoni jew jipproteġi lil persuna mhix infettata jekk tkun esposta ma’ persuna infettata bil-virus.

Il-Professur Berend-Jan Bosch, mill-Università ta’ Utrecht, qal li “din ir-riċerka tibni fuq ix-xogħol li l-grupp tagħna għamel fil-passat fuq antibodies biex jikkumbattu s-SARS-CoV tal-2002 u l-2003.”

Din l-iskoperta medika ġiet ippubblikata fuq il-ġurnal mediku Nature Communications.

Sport